Fl-ewwel mitt jum ta’ Gvern Laburista saru bosta diskussjonijiet biex il-wegħda elettorali li jerġgħu jingħataw lura l-festi pubbliċi li jaħbtu fi tmiem il-ġimgħa jerġgħu jingħataw lura.
Il-Ministru Helena Dalli saħħqet li dawn kienu tneħħew fi żmien meta l-ekonomija ta’ Malta kienet fi kriżi u għalhekk illum li għandna ekonomija b’saħħitha, il-Gvern qed jagħmel minn kollox biex il-familji tal-ħaddiema ma jiċċahdux minn dan il-ħin liberu.
Is-Segretarju Permanenti, Joseph Camilleri saħaq li fiż-żmien li ġej mhux biss se jkunu qed jerġgħu jingħataw lura dawn il-btajjel iżda se jkun qed jiġi ffinalizzat abbozz ta’ liġi biex il-liġi tax-xogħol tkun riformata u tiġi tapplika għall-ħajja tax-xogħol tal-lum.