Ministri tas-saħħa minn pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea u Kummissarju Ewropew għas-saħħa jinsabu f’pajjiżna bi preparazzjoni għas-summit informali dwar is-saħħa li se jospita pajjiżna għada.
Id-diskussjoni madwar il-mejda kienet dwar l-aġenda li se tiġi diskussa għada, liema aġenda tinkludi l-obeżità fost it-tfal, prezz ta’ mediċini u mard rari. Filfatt għal din il-laqgħa attendiet ukoll mart il-Prim Ministru Michelle Muscat bħala partuna tal-Eurordis.
Fil-laqgħa li saret bejn il-Ministri mill-Partit Soċjo Demokratiku kien hemm qbil unanimu li jkun hemm aktar sinerġija, f’qasam li jolqot direttament liċ-ċittadini Ewropew u l-importanza li titfassal viżjoni ċara li tindirizza l-isfidi taż-żmien li ġej.