Il-fergħa taż-Żgħażagħ tal-Partit Laburista organizzat diskussjoni dwar suġġetti relatati mal-edukazzjoni fosthom is-sistema edukattiva u l-effetti li l-pandemija kellha fuq l-edukazzjoni.
Id-diskussjoni ‘Inġeddu l-Esperjenza Edukattiva’, saret bħala parti mill-Konferenza tal-Partit Laburista bit-tema “Inġeddu Malta Flimkien”.
Claudine Attard, Chairperson tal-Kumitat dwar l-edukazzjoni fil-Kamra tal-Kummerċ, fejn spjegat diversi punti marbuta mas-settur edukattiv u wkoll istituzzjonijiet edukattivi kif ukoll proposti għal diskussjoni..
Reuben Mifsud, Deputat Direttur għall-Iżvilupp Professjonali Kontinwu fi ħdan l-Università spjega li jrridu niżguraw li dan ma jimponix aktar riskji li ż-żgħażagħ jiġu marġinalizzati minħabba li huma nieqsa mill-infrastruttura jew ir-riżorsi biex jaċċessaw is-servizzi edukattivi online.
Tkellmet ukoll Elisa Dimech, koordinatriċi tal-Għaqda Studenteska Pulse, stqarret li s-sistema edukattiva għandha tkompli tiġġedded biex dan in-numru ta’ early school leavers ikompli jonqos.
Lauren Galea, studenta fi skola Sekondarja, spjegat li għalkemm t-tagħlim huwa importanti ħafna, xorta waħda mhux biżżejjed. Hija spjegat li għandu ikun hemm aġġustamenti li jgħaqdu t-tgħallim tal-prattika mat-taħriġ.
Il-President taż-Żgħażagħ Laburisti, Georvin Bugeja spjega li l-għan ta’ din id-diskussjoni kien li diversi studenti u żgħażagħ li huma involuti fil-qasam tal-edukazzjoni, jagħtu l-opinjoni tagħhom dwar kif is-sistema edukattiva qed tħejjihom għad-dinja ta’ xogħol.