F’konferneza organizzata mill-Awtorità għall-kompetizzjoni u l-konsumatur, is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Konsumatur, Deo Debattista, tkellem dwar l-avvanzi tat-teknoloġija. Hija sitwazzjoni inevittabbli li nikkonsmaw prodotti b’sistemi intelliġenti. Dan iwassal biex il-konsumatur għandu jkun aktar konxju ta’ dawn l-avvanzi.
“Affarijiet mhux negattivi iżda li jista’ b’xi mod xi ħadd jagħmel użu differenti mill-iskop oriġinali aħna naraw biex niddefendu l-konsumatur flimkien mal-kumplament tal-ewropa”
L-edukazzjoni hija parti kruċċjali biex il-konsumatur ikun infurmat dwar il-benefiċċji ta’ dawn il-prodotti iżda wkoll dwar ir-riskji li ġġib magħha din il-bidla.
Iċ-Chairperson tal-awtorità għall-kompetizzjoni u l-konsumatur, Helga Piccuto, qalet li qed isiru bidliet legali. Semmiet kif l-Awtorità trid tkun proattiva u li jantiċipaw problemi biex jindirizzawhom.
Ic-Chairperson qalet ukoll li l-prefernza għax-xiri minn fuq l-internet qed dejjem jiżdied. L-Awtorità tirċievi wkoll ilmenti dwar ix-xiri minn fuq l-internet. Minkejja li n-numri ta’ ilmenti mhumiex allramanti, Malta qegħda parti minn grupp ta’ għaqdiet ta’ stati membri tal-Unjoni Ewropea dwar il-konsumatur.
“Għandna wkoll sezzjoni li taħdem propju biex tindirizza lmenti fuq affarijiet li jkunu nxtraw online minn pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea”
Ix-xiri minn fuq siti online isir ukoll minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea, hawn il-Konsumatur għandu joqgħod aktar attent.
“Minn barra l-ewropa l-konsumatur irid joqgħod aktar attent li qed jixtri minn post li fuq il-website għandu d-dettalji ta’ minn fejn qed jixtri u jipprova jara jekk hemmx reviews negattivi jew pożittivi”
Malta qed tkun minn ta’ quddiem biex tesplora s-suq tat-teknoloġija intelliġenti użata fil-prodotti u b’hekk din il-konferenza kompliet twessa d-djalogu bejn il-partijiet interessati biex jiġi żgurat tisħiħ fil-protezzjoni tal-konsumatur.