Malta ospitat il-konferenza tal-Kummissjoni Ewropea għall-Effiċjenza tal-Ġustizzja fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa, fl-okkażjoni tal-għoxrin sena mit-twaqqif tal-istess Kummissjoni.
It-tema ta’ din il-konferenza tħeġġeġ il-kwalità u l-effiċjenza ta’ sistema ġudizzjarja diġitalizzata.
Tul dawn il-jumejn, numru ta’ ministri barranin, ġudikanti, u esperti internazzjonali ltaqgħu f’Malta biex jiddiskutu temi ewlenin, fosthom l-effiċjenza tal-qrati u l-isfidi li qed jiffaċċjaw fejn tidħol id-diġitalizzazzjoni tas-sistema ġudizzjarja.
L-Imħallef Francesco Depasquale, li huwa l-Viċi President ta’ din il-Kummissjoni, spjega s-sinifikat li konferenza bħal din qed issir f’Malta.
Qal, “It’s an honour for Malta to host the 20th anniversary of CEPEJ, being an important institution within the Council of Europe, and for us it is indeed an honour to have them over here, where they are celebrating a lot of good work and looking forward ahead towards the future, mainly digitilisation.”
Il-President tas-CEPEJ, Ramin Garagurbanli, faħħar il-ħidma u l-impenn ta’ Malta fi ħdan il-Kummissjoni.
Qal, “Malta is a very historical place and we’re very happy to be here with our Maltese colleagues. We accomodate the professionals from all 46 Member States of the Council of Europe with the aim to assist the national judiciaries and the ministers of justice to increase the efficiency and the quality of justice in Europe.”
Fil-ftuħ tal-konferenza, il-Ministru għall-Ġustizzja, Jonathan Attard, tkellem dwar kif, taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru Robert Abela, il-Gvern Malti diġà għamel diversi riformi biex tiġi indirizzata l-effiċjenza tal-ġustizzja, u se jkomplu jsiru oħrajn importanti bħal dawk fil-proċess tal-kumpilazzjoni.
Qal, “Huwa mument importanti, anki għal pajjiżna, minħabba l-fatt li qegħdin nadottaw l-istrateġija dwar id-diġitalizzazzjoni u għaldaqstant kellna ħafna x’nirrakkuntaw bħala pajjiż dwar x’qed inwettqu kif ukoll nisimgħu l-esperjenzi ta’ pajjiżi oħra f’dan ir-rigward.”