Ikompli s-summit f’Bratislava. Fir-ritratt ta’ fuq, il-Prim Ministru jidher mal-Prim Ministru tal-Islovakkja Robert Fico, il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker qabel bdiet il-laqgħa informali tal-kapijiet tal-istati u Gvernijiet Ewropej.
Il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel qalet li l-Unjoni Ewropea tinsab f’sitwazzjoni kritika, u li hemm bżonn turi li hija kapaċi ttejjeb is-sigurtà, id-difiża u s-sistema eknomika.
Bħalissa hemm ċertu nuqqas ta’ qbil dwar il-mod li bih għandu jiżdiedi it-tkabbir ekonomiku, u dwar il-mod li bih għandu jkun ikkontrollat l-influss kbir ta’ immigranti lejn l-Ewropa.
Fil-laqgħa f’Bratislava mingħajr ir-Renju Unit, mhumiex qed jiddiskutu Brexit. “Ma tsitax issolvi l-problemi kollha Ewropej f’summit wieħed” qalet Merkel.
Donald Tusk, president tal-Kunsill Ewropew, esprima x-xewqa favur Unjoni Ewropea aktar stabbli, anke fid-dawl tal-isfidi li qed taffaċja l-munita Ewro. Filwaqt li l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant jixteiqu aktar awtonomija minn Brussell, pajjiżi tat-tramuntanat jaraw dawk tal-Lvant bħala problema fejn jidħol it-tkabbir ekonomiku. Dan filwaqt li pajjiżi Mediterranji mhux jappoġjaw l-għajta favur l-awsterità minn naħa tal-Ġermanja.
Illum is-summit jiffoka fuq dak li l-aktar jolqot liċ-ċittadini Ewropej: il-migrazzjoni, is-sigurtà, u l-globalizazzjoni.
Il-kapijiet ta’ stat komplew id-diskussjonijiet tagħhom fuq dgħajsa fix-xmara Danube – għalhekk il-Prim Ministru Malti uża ton ċajtier meta qal li jinsabu lkoll ‘f’dgħajsa waħda’ – bil-Malti ngħidu f’baħar wieħed.