F’laqgħa li l-Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, kellu mal-Kunsill il-ġdid għall-Professjonisti Kumplimentari fil-Mediċina, ġew diskussi opportunitajiet ġodda li qed jizviluppaw fis-settur tas-saħħa.
“Investiment fil-qasam tas-saħħa, li jfisser fuq kollox li l-pazjenti tagħna se jkollhom servizz aħjar, jfisser ukoll opportunitajiet ġodda għall-impjiegi varji fi spettrum wiesgħa ta’ professjonijiet” qal il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.
Il-Ministru Fearne semma’ wkoll l-opportunitajiet ta’ xogħol għall-Allied Health Workers fil-Qasam tas-Saħħa Pubblika, tant li s-sena li għaddiet ħarġu diversi sejħiet għall-Ingaġġ ta’ Allied Health Workers, u aktar sejħiet huma mistennija joħorġu matul din is-sena.
Il-Ministru Fearne qal ukoll li l-Gvern għandu pjan biex joħloq struttura għal taħriġ strutturat post graduate għall-Allied Health Workers.
Ritratti: MFH