Fl-okkażjoni ta’ Jum il-Mara, il-Kunsill Konsultattiv għad-Drittijiet tan-Nisa organizza diskussjoni li ġabret diversi rappreżentanti ta’ għaqdiet non-governattivi fis-settur, esperti u żgħażagħ, li lkoll tkellmu dwar l-opportunitajiet u l-isfidi li jeżistu b’rabta ma’ teknoloġija ġdida u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri.
Diversi kelliema saħqu fuq il-bżonn ta’ aktar nisa biex jaħdmu fis-settur tax-xjenza. Rappreżentanti tas-soċjetà ċivili esprimew il-ħtieġa li l-pajjiż jiffoka aktar fuq taħriġ u l-promozzjoni ta’ suġġetti li tradizzjonalment huma assoċjati mill-irġiel.
Studenta partikolari tkellmet dwar l-importanza tal-qasam tat-teknoloġija u tenniet li wieħed għandu jfittex aktar informazzzjoni u jistaqsi jekk huwa intiż f’dan is-suġġett.
Qalet, “Jiena nemmen li jekk persuna tkun verament interessata fuq suġġetti bħal teknoloġija, xjenza u enginerring mgħandhiex tiba tieħu l-ewwel pass. Dawn il-qddueim jistgħu anka jieħdu intern jobs biex isaħħu l-edukazzjoni tagħhom dwar dawn is-suġġetti.”
Is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza Rebecca Buttigieg irrimarkat li dawn it-temi huma fil-qalba tal-politika tal-Gvern Malti.
Stqarret, Se nkomplu naħdmu sabiex insaħħu d-drittijiet tan-nisa. Dan qed isir b’diversi inizzjattivi fosthom l-implimentazzjoni tal-gender mainstreaming u action plan. Qed naraw ukoll tisħiħ fil-leġislazzjoni ma’ dak li għandu x’jaqsam mal-emendi biex nipproteġu u nsaħħu l-ħajja tal-mara u elenku sħiħ ta’ inizzjattivi fil-ħames snin li ġejjin se nkmplu nassiguraw li se jkomplu jiġu implimentati biex ikollna soċjetà ferm aktar ugwali.”
Iċ-Chairperson tal-Kunsill Konsultattiv, Charmaine Mangion, saħqet fuq l-irwol importanti li għandu dan il-kunsill u l-fatt li jiġbor fih numru kbir ta’ NGOs, b’kompetenza u esperjenzi varji, jagħmilha possibbli li jiġu ifformulati rakkomandazzjonijiet għall-gvern biex jgħinu fit-tisħiħ tad-drittijiet tan-nisa.