21.11: Il-Mozzjoni li ressaq il-Partit Nazzjonalista kontra r-ruling tal-Ispeaker m’għaddietx b’30 vot favur, 35 kontra. Għada se tkun diskussa ċ-ċensura kontra l-Prim Ministru Joseph Muscat li resqet Marlene Farrugia u li għandha l-appoġġ ta’ Simon Busuttil.
20.45: Il-Ministru Edward Zammit Lewis spjega d-differenza bejn l-irwol li kien jokkupa Cachia Caruana bħala rappreżentat/ambaxxatur kien regolat mill-kostituzzjoni ta’ Malta, u ċ-Chief of Staf huwa persuna fiduċjarja, f’dan il-każ maħtura mill-Prim Ministru. Appella biex il-Parlament jiffoka iktar fuq il-leġiżlazzjoni tal-liġijiet aktar milli fuq il-mozzjonijiet li qed tressaq l-Oppożizzjoni.
https://youtu.be/1y-0lEdxsnU
20.34: Min-naħa tiegħu, il-Ministru Jose Herrera qal li d-deċiżjoni tal-Ispeaker kienet kompletament legali u regolari.
https://youtu.be/gMKKQ7xETXk
19.55: Jekk wieħed jiddeċiedi kontriha, l-Oppożizzjoni toħroġ tikkritika. Hekk saħaq il-Ministru Carmelo Abela. Saħaq li l-kilba għall-poter għandu li għandu l-Kap tal-Oppożizzjoni għandu jikkontrollaha.
https://www.youtube.com/watch?v=6ItfLuie1zk
Bħall-kelliema ta’ qablu tal-Gvern, fosthom Luciano Busuttil, huwa elenka d-differenzi li hemm bejn l-irwol ta’ Rappreżentant ta’ Malta fi Brussell u dak ta’ Chief of Staff.
https://www.youtube.com/watch?v=JFXFXt8WvjU
19.15: L-ewwel kelliem għall-Gvern, il-Ministru Owen Bonnici qal li l-mozzjoni li għamlet l-Oppożizzjoni biex tattakka ruling tal-Ispeaker. Huwa qal li din kienet it-tielet mozzjoni ta’ din ix-xorta f’din il-leġiżlatrua.
“Din l-Oppożizzjoni tattakka kollox u l-kulħadd, inkluż lis-Sedja. Bħala Gvern ridna li niddiskutu din il-mozzjoni mill-aktar fis, iżda l-Oppożizzjoni ippruvat ittawwal din il-mozzjoni kemm tista’,” qal il-kelliem.
Huwa appell biex l-Oppożizzjoni minflok tagħmel kampanja fil-Parlament, għandha tbaxxi rasha għal ruling tas-Sedja.
Bonnici qal li dik taċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru attwali u Richard Cachia Caruana mhix l-istess. Filwaqt li l-ewwel wieħed huwa position of trust, dak iż-żmien li tresqet mozzjoni ta’ sfiduċja fil-konfront ta’ Cachia Caruana huwa ambaxxatur.
B’referenza għar-rapport ippubblikat minn Moody’s, Bonnici qal kif din l-amministrazzjoni qed tiġġieled il-korruzzjoni. Hawnhekk, il-Ministru ġibed l-attenzjoni li l-Kap tal-Oppożizzjoni lanqas f’din l-istituzzjoni m’għandu fiduċja għax qed iċapaċap għall-kritika li għamlet id-Deputata Parlamentari Marlene Farrugia.
https://www.youtube.com/watch?v=9L4zorB6yL8
Aktar qabel: Il-Parlament bħalissa qed jiddiskuti mozzjoni li ressaq il-Partit Nazzjonalista li ppreżentaw il-Viċi Kap Nazzjonalista Mario De Marco u d-Deputat Nazzjonalista Francis Zammit Dimech.
Il-mozzjoni tressqet biex jiġi rivedut ir-ruling tal-Ispeaker Anġlu Farrugia, wara li fis-seduta ta’ nhar l-Erbgħa li għadda dan iddikjara li l-mozzjoni mressqa minn Marlene Farrugia mhix ammissabbli, u li minflok mozzjoni kontra Keith Schembri għandha tinbidel u tkun dwar ċensura tal-aġir tal-Prim Ministru.
Il-mozzjoni tgħid li “dan il-Parlament għandu jafferma d-dritt tiegħu li jiċċensura b’mod dirett u mingħajr xkiel persuni b’ħatriet politiċi meta l-Parlament hekk jidhirlu li jkun xieraq anke biex iħares mhux biss is-sovranità tiegħu imma fuq kollox l-interess nazzjonali.”