Abbozz ta’ liġi li ilu jinħema s-snin, għada se tkun pass eqreb li tidħol fis-seħħ. Din hija l-liġi ta’ standards fil-ħajja pubblika, li għal snin twal tħalliet fuq l-ixkaffa imma li bil-prominenza li qed tingħata minn din il-leġislatura se twassal biex ikollna parlament iktar trasparenti.
Il-liġi se tintroduċi l-kariga ta’ kummisarju għall-istandards pubbliċi li jinħatar bi qbil bejn żewġ terzi tal-kamra tad-deputati. Din il-persuna se jkollha d-dritt li tinvestiga każijiet ta’ ksur t’ etika tal-membri parlamentari u ta’ dawk meqjusa bħala persuni ta’ fiduċja Madanakollu l-ħsieb s’issa hu li din l-ingestigazzjoni tmur lura sa sentejn qabel it-talba.
One.com.mt tkellem mal-ispeaker tal-kamra tad-deputati, Anġlu Farrugia.