Waqt diskors politiku fil-Mellieħa tkellmu dawk li kkontestaw il-kariga ta’ Deputat Mexxej tal-Affarijiet tal-Partit Laburista.
Beda Stefan Zrinzo Azzopardi, li tkellem dwar soċjetà inklussiva li tipprovdi xogħol lil kulħadd. Qal li jemmen li bħal ma qed jiġi indirizzat il-faqar fir-roħs tad-dawl u tal-uniformijiet, fadal xi jsir, speċjalment fil-konfront tal-anzjani u fil-housing. Żied jgħid li f’pajjiżna, peress li hawn rankatura ekonomika qawwija, hemm sezzjoni tal-popolazzjoni li mhux tlaħħaq mal-prezz tal-kirjiet.
Saħaq li l-priorità hija li l-kwalità tal-ħajja tan-nies u deċiżjonijiet tajba li jfissru aktar proġetti. Qal li se jkun hemm biex jara li l-appoġġ li jixraqlu li jkompli jikseb dan il-Gvern. Qal li jinsab wara l-Prim Ministru u jemmen f’Malta li qed tinbidel.