Kliem li rrepeta kemm-il darba Simon Busuttil illejla waqt attività politika kienu “korruzzjoni”, “itilquli”, flmkien ma’ kliem provokattiv ieħor, fosthom li jqabbel lill-Prim Ministru u t-tmexxija ta’ Joseph Muscat ma’ “għamara kollha susa”.
Il-Viċi Kap Nazzjonalista Beppe Fenech Adami ngħaqad ma’ Busuttil b’sensiela ta’ provokazzjonijiet, fosthom bil-kliem “l-unika proġett li bdejt spiċċajt int qabel spiċċajtu”.
Kienu diskorsi negattivi immens dawk tal-llejla, u kompletament xotti mill-proposti u ideat. Minflok, Busuttil reġa’ semma allegazzjonijiet li dwarhom ma setax iressaq provi.
Beppe Fenech Adami wasal jappella biex in-nies imorru għal voti għax inkella “jisirquhom”.