Diskorsi u dikjarazzjonijiet b’saħħithom favur l-għaqda ddominaw il-ħamsa u sebgħin edizzjoni tal-Golden Globe awards.
Din kienet l-ewwel ċerimonja maġġuri tal-Hollywood awards mindu l-industrija tal-films intlaqtet minn skandli ta’ fastidju sesswali. F’dak li hu ilbies, l-atturi libsu l-iswed b’turija ta’ solidarjeta ma’ persuni li ġew abbużati sesswalment minn nies magħrufa f’Hollywood.
Three Billboards Outside Ebbing, Missouri rebaħ erba’ Golden Globe Awards, inkluż dik għall-Aħjar Film Drammatiku.