Il-Prim Ministru Robert Abela ddeskriva d-diskors li għamel ilbieraħ filgħaxija fil-Parlament il-Kap tal-Oppożizzjoni bħala wieħed xokkanti.
Huwa qal li ftit wara li f’pajjiżna seħħ il-qtil ta’ mara, u l-kap tal-Oppożizzjoni għamel diskors miżoġinista u dispreġġjattiv fil-konfront tan-nisa.
“Żgur lil-Oppożizzjoni ma tistax titkellem li hija favur il-ħarsien tal-mara u jkollok Kap tal-Oppożizzjoni li jitkellem b’dak il-mod kif tkellem,” qal il-Prim Ministru.
Dr Abela fakkar li għal darba, darbtejn, tlieta, huwa kien ċar daqs il-kristall li bl-emenda li qed tiġi proposta għall-Kodiċi Kriminali mhux se jkun qed jiġi intodott l-abort f’pajjiżna.