Il-Prim Ministru Joseph Muscat iddeskriva d-diskors tal-Kap Nazzjonalista bħala diskors li jipprova jbeżża’, iżda li ftit se jieħdu bis-serjetà. Dr. Muscat qal dan waqt li kien qed jagħti l-ewwel reazzjoni għad-diskors tal-Kap Nazzjonalista Adrian Delia dwar il-budget.
Il-Prim Ministru żied jgħid li d-diskors negattiv għall-aħħar ta’ Delia kien wieħed li xilef b’mod perikoluż ħafna lejn diskors tal-lemin estrem, b’mod li qatt ma smajna fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.
Dr. Muscat qal li huwa ċar li l-Oppożizzjoni m’għandhiex idea ta’ strateġija ekonomika, u żied jispjega li dan il-Gvern se jkompli jaħdem biex iġib iktar xogħol u ġid lejn il-pajjiż.