Fi żmien meta d-dritt li tkun assistit mill-Avukat anke waqt l-interrogatorju kien diġà daħal fil-pajjiżi Ewropej kollha, Gvern Nazzjonalista kien baqa’ ċass quddiem dawn l-iżviluppi legali.
Fl-2002, il-Ministru Tonio Borg kien qal lill-Parlament li dan kien “pleasure yet to come”, is-sabiħa hija li sakemm baqa’ Gvern Nazzjonalista ma wasal qatt u kellu jkun Gvern Laburista, li ħa dan il-pass ċentrali fl-iżvilupp ta’ liġi kriminali f’pajjiżna.
L-inkompetenza ta’ Gvernijiet Nazzjonalisti fil-qasam tal-Ġustizzja għadhom jinħassu sal-lum u l-kawza kostituzzjonali li nfetħet dwar id-delitt ta’ Brian Russo, hija biss l-eku ta’ dan kollu.
Dan għaliex iċ-ċaħda ta’ dan id-dritt lill-persuni suspettati waslet għal diversi kawżi li fihom, l-istatements rilaxxati waqt l-interogazzjoni, tneħħew mill-Qorti bil-konsegwenza li kellek anke nies ġew liberati.
“Però aħna ddeċidejna li nimxu pass pass u għalissa naraw kif se taħdem din is-sistema”, kien qal l-eks Ministru Tonio Borg.
Dan minkejja li fi żmien meta kien qed jindirizza l-Parlament, lura fl-2001, fi kliemu stess id-dritt li persuna persuna tkun assistitha minn Avukat, anke fl-interrogatorju, kien dritt li ssibu fil-pajjiżi kollha Ewropej.
Huwa kien qal hekk: “Waqt l-interrogatorju nnifsu, għalissa l-persuna arrestata m’hijiex se jkollha assistenza legali. Nistgħu ngħidu li this is a pleasure yet to come għax illum il-pajjiżi kollha tal-Ewropa demokratika, mil-Lvant sal-Punent, mit-Turkija sal-Irlanda, kollha għandhom id-dritt ta’ assistenza legali waqt l-interrogatorju.”
Fir-realtà Gvern Nazzjonalista, anke dovut il-konflitti fir-rwoli bil-Ministru tal-Ġustizzja jservi wkoll bħala Ministru tal-Intern u bl-Avukat Ġenerali jipprosegwixxi u jagħti pariri lil Ministru, id-dritt kif kellhom pajjiżi oħrajn u kif nafuh illum, daħal biss wara li telgħa Gvern Laburista.
Dan minkejja l-fatt li fi żmien Gvernijiet Nazzjonalisti kellek professjonisti legali, bħal Franco Debono, li fil-Parlament u minn fuq il-bankijiet tal-Gvern kien qed jappella biex dan id-dritt jiddaħħal f’pajjiżna.
Mhux ta’ b’xejn li llum għandek esperti legali li jiddeskrivu dak ż-żmien bħala żmien id-dlam tas-saltna tad-dritt.
Il-personaġġi ewlenien ta’ dan il-perjodu, fuq quddiem l-eks Ministru Tonio Borg u l-Avukat Ġenerali hand-picked minnu Silvio Camilleri, illum assumew rwoli differenti.
Dak li jattakka kull pass li jsir minn Gvern Laburista biex ikompli jindirizza n-nuqqasijiet tagħhom, inkluż bir-riforma fl-inkjesti maġisterjali.
Tonio Borg issa sab refuġju wara li fetaħ kawza lill-Università, fejn jgħallem dwar is-Saltna tad-Dritt u Silvio Camilleri jikkumenta daqs l-akbar partitarju Nazzjonalista ferventi fuq il-blog tat-Times.