Hija ħasra li esponenti Nazzjonalisti qed jibqgħu iwaqqgħu l-politika għal-livelli li mhumiex xierqa u dinjitużi.
Id-deskrizzjoni ta’ “qaħba” minn David Thake għad-deputat Rosianne Cutajar hija waħda li għandha tiġbed il-kundanna ta’ min irid politika serja u dinjituża.
Fuq kollox għandha tiġbed ukoll il-kundanna tal-Partit Nazzjonalista u t-tmexxija tiegħu li fl-aħħar xhur kienu pronti joħorġu kundanni kontra persuni differenti.
Nisa Laburisti tappella wkoll għal kundanna ta’ organizazzjonijiet tan-nisa. Għaliex hu dan it-tip ta’ aġir li jnaqqas is-sehem tan-nisa u persuni serji fil-politika.