Fi stqarrjia il-Partit Laburista qal li d-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni dalgħodu ma kien xejn għajr diskors negattiv mibni fuq il-qerq u li njora temi ta’ importanza nazzjonali bħal l-Air Malta, minkejja li wieħed jistenna minn min irid ikun gvern alternattiv li jagħmel ċari l-ħsibijiet tiegħu.
Il-Partit Laburista qal li fil-qasam tas-saħħa ma sar ebda bejgħ u fil-każ tal-American University of Malta jirriżulta mill-kuntratt li dan hu biss għal skop edukattiv u l-miri mhumiex dawk li semma’ l-Kap tal-Oppożizzjoni. Iżda, għal darb oħra d-diskors ta’ Adrian Delia tassew kien jiddeskrivi lilu nnifsu. Tkellem dwar min ġie minn imkien u għalhekk m’għandux kwalifiċi biex imexxi. Kif wara kollox ġie minn imkien hu u sar Kap tal-Oppożizzjoni.
Tkellem ukoll dwar min jisraq lill-poplu. Bħal ma serqu hu meta ma’ ħallasx it-taxxa.
Adrian Delia aħjar iħares lejh innifsu qabel jitkellem, forsi jibda jkun daqsxejn iktar kredibbli temmet tgħid din l-istqarrija.