Il-Partit Laburista ddeskira d-diskors ta’ Adrian Delia dalgħodu bħala riflessjoni ta’ Kap ta’ partit li jinsab mifrud u li jrid jipprova jgħaqqdu billi jkun negattiv u jikkritika kull ma jiġri f’pajjiżna. Fl-istess stqarrija, il-Partit Laburista qal li kif wara kollox qallu wieħed mid-deputati tiegħu, b’din l-attitudni, il-Partit Nazzjonalista “borġ ġebel” kien u “borg ġebel” għadu.
Minflok, u b’kuntrast, il-pajjiż qed jibqa’ jissaħħaħ. U minkejja l-oppożizzjoni distruttiva l-Maltin u l-Għawdxin, flimkien mal-gvern, se jibqgħu jiksbu r-riżultati biex Malta ta’ Għada tkun Suċċess.