Fuq il-Mument irrapportaw li Simon Busuttil kellu juża l-Kunsill Ġenerali biex ifassal il-viżjoni tiegħu għat-tliet snin li ġejjin. Iżda, id-diskors tiegħu kien iddominat minn stqarrijiet biex jiddefendi lil ta’ madwaru b’mod partikolari dawk li fl-aħħar xhur isimhom issemma fil-midja għal aġir mhux etiku u li jqanqal mistoqsijiet ta’ abbuż.
Fosthom il-Viċi-Kapijiet Beppe Fenech Adami u Mario De Marco, fl-aħbarijiet minħabba l-proprjeta tagħhom. Bit-tnejn li huma jirrifjutaw li jippubblikaw dokumenti mal-istess vilel. Iddefenda wkoll lil dawk li jaħdmu ma’ ġurisdizzjoni offshore li l-istess Simon Busuttil iddeskrivihom bħala sors ta’ koruzzjoni.
Partikolarment semma lil Tonio Fenech li l-Maltatoday żvelat kif iservi kumpaniji rreġistrati fil-British Virgin Islands u l-Francis Zammit Dimech li l-kumpanija tiegħu ssemmiet f’Panama Papers. Anke jekk is-sors ta’ dawn l-aħbarijiet ħafna drabi kienu wkoll midja internazzjonali kull darba Busuttil iwaħħal fil-Partit Laburista u qal li huma “differenti għax mhux maħmuġin.” Bħal kelliema oħra ddefenda l-iskema ta’ self sigriet u qal li tgħidx xi kju hemm għaliha.
Żied ukoll li huwa determina li jirbaħ l-elezzjoni ġenerali li jmiss.