Raġel sfa maqtul fuq il-post wara li darab disa’ persuni waqt attentat ta’ qtil tal-massa fl-Università tal-Istat ta’ Ohio fl-Istati Uniti.
Sorsi qalu li l-attakk ksar minn aggressur wieħed u li għamel użu minn sikkina u vettura waqt l-attakk.
Minkejja l-ammont ta’ informazzjoni li l-Pulizija ġabret, għadu mhux magħruf x’ġara eżattament waqt l-attakk fuq il-kampus tal-Università, dan minħabba diversi verżjonijiet li qed jgħidu persuni li kienu fuq il-post.
L-aktar verżjoni li bħalissa qed tiħi emnuta hi li l-kaos beda għall-ħabta tal-10:00a.m, meta xi ħadd daqq l-allarm f’parti tal-Università li tissejjaħ Watts Hall.
Persuni li kienu fuq il-post qalu li hekk kif kulħadd beda jevakwa l-post, vettura misjuqa minn raġel saqet għal fuq persuni li kienu fuq il-bankina.
Qed jiġi allegat li wara l-attakkant ħareġ mill-vettura li kien qed juża u beda jagħti daqqiet ta’ sikkina lill-vittmi. Persuni li kienu fuq il-post qalu wkoll li l-agressur ma lissen l-ebda kelma waqt l-attakk iżda kellu ħarsa tal-biża’ fuq wiċċu.
Uffiċjal tal-Pulizija li fortunatament kien fuq il-post spara fuq l-aggressur u qatlu fuq il-post.
Tim tal-iSWAT daħlu fil-bini ftit qabel il-11:00a.m. fejn ftit minuti wara allegatament daħlu żewġt irġiel oħra, wieħed ta’ karnaġġjon iswed u wieħed ta’ karnaġġjoni abjad, fejn ġew arrestati fuq il-post.
S’issa disa’ persuni ttieħdu l-isptar. Wieħed jinsab f’kundizzjoni kritika u l-oħrajn huma stabbli.
Persuni li kienu fuq il-post ukoll iżda li qed jgħidu verżjoni oħra, qalu li waqt l-attakk huma semgħu diversi tiri, dan ftit qabel ma’ waslu l-Pulizija fuq il-post.