Disa’ persuni nstabu mejta, filwaqt li tnejn oħra li baqgħu ma nstabux qed jiġu meqjusin mejtin ukoll, wara nirien f’residenza fi Franza għal nies b’nuqqas t’abbilitajiet fit-tagħlim.
Fuq il-post issejħu mat-80 pumpier, li tfew in-nirien, li l-kawża tagħhom kienet għadha mhux magħrufa. 17-il persuna ġew evakwati mill-binja, u mill-inqas persuna ttieħdet l-isptar.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
F’aġġornament, li ngħata mill-awtoritajiet, intqal kif ir-residenza kienet qed tintuża minn żewġ għaqdiet tal-karità li jgħinu persuni b’diżabilità.
ritratt: inews.co.uk