Disa’ persuni nqatlu f’attakk bil-drone Russu fuq xarabank fil-belt ta’ Bilopillia, fl-Ukrajna.
Ix-xarabank kienet fi triqita lejn il-belt kapitali tar-reġjun, Sumy, li qegħda viċin il-fruntiera mar-Russja.
Skont informazzjoni preliminarja, ix-xarabank intlaqtet minn drone Russu.
Il-Pulizija Ukrena ddeskriviet l-attakk bħala att ta’ gwerra. Dan filwaqt lir-Russja qalet li laqtet żoni militarji f’Sumy.
L-attakk irrapportat seħħ ftit sigħat biss wara li r-Russja u l-Ukrajna kellhom l-ewwel taħditiet diretti ta’ paċi minn meta bdiet l-invażjoni fl-2022. Minkejja li ma ntlaħaq l-ebda ftehim, iż-żewġ naħat qablu li jpartu 1,000 priġunier kull wieħed.