27,000 truppi u ħaddiema tas-salvataġġ Ġappuniżi qed jassistu lin-nies ċivili f’operazzjoni tas-salvataġġ, wara li l-Ġappun intlaqat minn waħda mil-aktar maltempati qawwija u li s’sissa ħalliet minn tal-inqas 23 persuna mejta.
Matul il-jum tas-Sibt it-tifun mexa lejn in-nofsinhar tal-belt kapitali, Tokjo, liema issa tiela’ lejn it-Tramuntana li qed iwassal għal għargħar qawwi. 17-il persuna huma nieqsa kawża ta’ din il-maltempata.
Il-Prim Ministru Ġappuniż, Shinzo Abe, qal li l-Gvern qed jagħmel l-almu tiegħu filwaqt li wiegħed li jibgħat aktar truppi f’każ li jkun hemm bżonn.
Il-maltempata tidher li qed tbatti xi ftit.