Raġel ta’ għoxrin sena mill-Mali ngħata sentenza ta’ disa’ xhur ħabs wara li ammetta li għamel użu minn dokument falz u ieħor ta’ persuna oħra.
Il-Qorti semgħet kif huwa kkopera mal-Pulizija u li għandu kondotta nadifa.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Għalhekk il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur mis-Sezzjoni tal-Immigrazzjoni Lara Butters, u d-Difiża qablu li s-sentenza għandha tkun waħda minima.