Roddy Williams ġie kkundannat disa’ xhur ħabs wara li nstab ħati li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest.
Huwa kien naqas milli jiffirma kif mitlub fl-għassa u wara ġimgħat maħrub ġie arrestat flimkien ma’ sitt persuni oħra f’rejd għad-droga li l-Pulizija wettqet f’garaxx f’Ħal Qormi ix-xahar li għadda.
Minbarra l-priġunerija huwa tilef ukoll it-€63,000 li kien ipprovda bħala depożitu u garanzija personali.