Uchena Anya, Niġerjan ta’ tmienja u tletin sena ġie kkundannat disa’ snin ħabs u weħel multa ta’ €10,000 wara li nstab ħati li ttraffika d-droga.
Il-każ seħħ għaxar snin ilu meta nqabad jittraffika 360 gramma ta’ kokaina u sustanzi oħra.
Fl-aħħar ta’ Novembru tal-2010, il-pulizija qabdet Rumen iġorr sittin kapsula b’600 gramma kokaina fl-istonku tiegħu.
Ir-Rumen kien wasal f’Malta minn Dusseldorf u kkopera mal-pulizija, fejn wassal il-kunsinja għal lukanda f’Tas-Sliema.
Dan wassal biex il-pulizija waslet għal Niġerjan ieħor.
Il-pulizija arrestat lil Anya, meta l-pulizija ressqet il-Qorti lir-Rumen u n-Niġerjan l-ieħor.