Minn tal-inqas disa’ persuni mietu u madwar 24 persuna jinsabu maqbuda f’minjiera tal-faħam li ġġarfet fl-istat Indjan tal-Lvant, Jharkhand.
L-inċident seħħ tard il-Ħamis filgħaxija f’minjiera fid-disrett ta’ Godda.
Bħalissa għadhom qed isiru l-isforzi kollha meħtieġa biex jintlaħqu l-persuni li aktarx għadhom maqbuda taħt it-tiġrif.
Jharkhand għandha wħud mill-akbar minjieri tal-faħam fl-Indja iżda l-istandards ta’ sigurtà mhux dejjem jiġu segwita.