Minn tal-inqas disa’ persuni, inkluż tfal, inqatlu wara attakk mill-ajru fiż-żona residenzjali tal-kapitali tal-Yemen, Sanaa.
Xhieda fuq il-post qalu li żewġ binjiet fin-naħa t’isfel tal-belt, li hija kkontrollata mir-ribelli Houthi rebels, inqerdet.
Forzi mmexxija mis-Sawdi ilhom jiġġieldu għal dawn l-aħħar sentejn mas-Shia Houthis.
Eluf ta’ persuni ċivili tilfu ħajjithom bil-pajjiż jinsab fix-xifer li jmur bil-ġuħ jew li tfaqqa’ xi marda fosthom il-kolera.