Il-Pulizija ġew imsejħa sabiex jirrikorru ġewwa garaxx privat fi Triq Santa Liena, Tas-Sliema. Dan seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tal-erbgħa u kwart ta’ waranofsinhar,
Il-Pulizija mir-Rapid Intervention Unit u d-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn sabu numru ta’ persuni fl-istess garaxx. Fl-istess fond instabu wkoll diversi oġġetti relatati mad-droga u kwantita` ta’ armi tan-nar.
Il-Pulizija qed iżżomm disa’ persuni b’rabta ma’ din is-sejba. Filwaqt li dwar il-każ, ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr A Demicoli LL.D li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.