Fl-Albanija, disa’ persuni ġew arrestati mill-pulizija tal-lokal b’konnessjoni mal-mewt ta’ 51 persuna fit-terremot li seħħ xahar ilu.
Il-pulizija waslet għal dawn l-arresti hekk kif fl-investigazzjonijiet li saru wara t-terremot ta’ xahar ilu sabet kif il-bennejja, l-enġiniera u s-sidien ta’ bini ma kienux konformi mal-istandards tal-kostruzzjoni.
Fost dawk arrestati hemm hemm sidien ta’ żewġ lukandi u persuna oħra hija maniġer ta’ lukanda li hija għal tal-apposta għall-pulizija tal-lokal.
Dan it-terremot ħalla aktar minn 14,000 persuna mingħajr saqaf fuq rashom.