L-Awtorità tal-Ippjanar approvat il-permess għat-tħaffir ta’ disa’ oqbra ġodda fiċ-ċimiterju tal-Knisja ta’ San Lawrenz, il-Birgu. Dan huwa wieħed mill-eqdem ċimiterji f’Malta u huwa magħruf bħala s-Sur ta’ Pazan.
Ix-xogħol se jinkludi bidliet liċ-ċimiterju eżistieni, inkluż ir-rilokazzjoni ta’ numru ta’ siġar. Kull qabar se jkollu spajzu biżżjjed għal bosta twiebet. L-oqbra ġodda se jkunu fi tliet partijiet differenti taċ-ċimitrju. Bħala parti mill-pjan, kien sottomess pjan dwar l-immaniġjar tal-iskart u kienu konsultati d-Dipartiment tas-Saħħa Ambjentali u l-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi.
Qabel is-seklu 19, difniet kienu jsiru fi kripta taħt il-Knisja ta’ San Lawrenz. Kien wara t-traġedja li seħħet minħabba splużjoni ta’ polvri li nħass il-bżonn ta’ ċimiterju ikbar, peress li dakinhar mietu mill-inqas 400 persuna mill-Birgu biss.