Id-Diretturi ta’ kumpanija tal-kostruzzjoni u ħaddiem li jsegwi x-xogħol li jkun għaddej ġew ordnati jħallsu multa ta’ €35,000 wara li nstabu ħatja u responsabbli għall-mewt ta’ raġel li waqa’ disa’ sulari għoli jum wara li għalaq 27 sena.
James Aquilina tilef ħajtu ġimgħatejn wara li beda jaħdem mal-kumpanija Devlands Limited bl-inċident seħħ fil-11:00 ta’ filgħodu tas-26 ta’ Novembru tal-2007 meta Aquilina, mis-Siggiewi, kien qed jaħdem mal-kollega tiegħu fuq blokka tal-appartamenti fi Triq it-Tamar fil-Qawra.
Id-Diretturi, Charles Deguara ta’ 71 sena mill-Iklin, Martin Deguara ta’ 63 sena min-Naxxar, Brian Micallef ta’ 40 sena mill-Mosta u Emmanuel Micallef ta’ 70 sena mill-Mosta flimkien mal-ħaddiem l-ieħor Antoine Mallia ta’ 46 sena minn Birkirkara nstabu ħatja li b’mod involontarju kkawżaw il-mewt ta’ Aquilina.