Id-direttur maniġerjali tal-kumpanija Paperless Innovation Limited ingħatat sentenza sospiża wara li wieġbet ħatja għall-frodi u l-miżapproprijazzjoni ta’ €30,000.
Jirriżulta li Petra Kulja, ta’ 36 sena mill-Kroazja, nqabbdet minħabba diskrepanzi evidenti fil-kontijiet tal-kumpanija għas-sena 2014.
Fil-Qorti ntqal li Kulja kkoperat mal-Pulizija, u kkommettiet ruħha li tħallas lura l-fondi frodati. Madanakollu, hija ingħatat sentenza ta’ sentejn ħabs sospiża għal sentejn, waqt li l-Maġistrat Audrey Demicoli ordnat li €30,000 jitħallsu lura fi żmien sitt xhur.