L-avukat Stephen Tonna Lowell irreaġixxa b’mod pożittiv ħafna għall-fatt li persuna arrestata issa se jkollha dritt li tagħżel avukat sa mill-bidu tal-arrest.
F’intervista ma’ one.com.mt qal li issa pajjiżna se jkun qiegħed jimplimenta b’mod effettiv id-direttiva Ewropea li tħares lil min ikun fi stat mill-aktar vulnerabbli, ċioe l-ħin tal-arrest.
Dr Tonna Lowell jemmen li l-interpretazzjoni tal-aħbar minn ċertu ġurnali kienet għall-kollox skorretta. Dan b’referenza għal dak li kien irrapportat fit-Times of Malta.
Segwi hawn ir-rimarki tal-avukat magħruf sew fejn jidħol il-kamp kriminali.
https://www.youtube.com/watch?v=0SzhUwyduwc