Illejla għall-ħabta tal-4:15 ta’ waranofsinhar se tixxandar edizzjoni speċjali tal-programm Pjazza b’diskussjoni ta’ qabel il-Budget, kollegamenti diretti minn barra l-Parlament u anki tixxandar b’mod dirett il-wasla tal-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna, akkumpanjat mill-Ispeaker Anġlu Farrugia għand il-President tar-Repubblika George Vella fil-Palazz ta’ Sant’Anton.
Hemmhekk il-Ministru Scicluna jippreżenta kopja tal-budget lil President.
Għall-ħabta tas-6:30 ta’ filgħaxija fuq l-istazzjonijiet ONE se jixxandar id-diskors tal-budget għas-2021.
Wara d-diskors tal-budget, ONE News se jxandar il-bulletin tal-aħbarijiet u anki jxandar b’mod dirett konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Prim Ministru Robert Abela b’rabta budget li jkun kif tħabbar.
Wara din il-konferenza tal-aħbarijiet jibda programm speċjali b’analiżi tal-budget u anki reazzjonijiet tal-imsieħba soċjali u l-korpi kostitwiti.
Dan il-programm se jkun ippreżentat minn Jonathan Attard.