F’nofsinhar fis-sala Sir Temi Zammit fl-Università ta’ Malta se jibda dibattitu bejn il-mexxejja politiċi qabel l-elezzjoni ġenerali li ġejja.
Fost dawk li se jiddibattu se jkun hemm il-Prim Ministru Robert Abela u l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech, li anki se jwieġbu għall-mistoqsijiet tal-istudenti.
Id-dibattitu qed jiġi organizzat mill-MUDU, il-Unjin għad-Dibattiti fi ħdan l-Università ta’ Malta flimkien mal-Kunsill Studenti Universitarji, il-KSU.