ONE se jxandar programm speċjali qabel id-diskors tal-Prim Ministru fejn se jkun ippreżentat minn Paula Cauchi għall-ħabta tal-5:00pm.
Dan imbagħad se jkun segwit b’mod dirett id-diskors sħiħ tal-Prim Ministru fil-Parlament fis-sitta u nofs ta’ filgħaxija waqt seduta parlamentari.
Dan hekk kif illum il-Prim Ministru Robert Abela se jagħmel diskors bi tweġiba għad-diskors tal-Kap tap-Oppożizzjoni u l-viżjoni tal-Gvern wara t-tħabbira tal-Budget għas-sena d-dieħla.
Wara jsegwi l-bullettin tal-aħbarijiet, imbagħad ikompli l-programm speċjali.