Programm speċjali fuq ONE se jkun qed jaġġorna lis-segwaċi bl-aħħar żviluppi fil-jum li fih jerġa’ jiftaħ mill-ġdid il-Parlament Malti biex b’hekk tibda l-erbatax-il leġiżlatura.
L-attivitajiet uffiċjali jibdew b’quddiesa fid-disgħa ta’ filgħodu fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt, ikkonċelebrata mill-Arċisqof ta’ Malta, Monsinjur Charles Scicluna.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-programm se jkun mżewwaq b’kollegamenti mill-Belt bl-aħħar andament tal-jum.
Matul il-programm, li se jkun ippreżentat mill-ġurnalist Samuel Lucas u xandara veterana Antoinette Falzon, se jkolli għadd ta’ mistednin jiddiskutu proprju l-ftuħ tal-Parlament.