one.com.mt qiegħed iwassal b’mod dirett ir-riżultat tal-votazzjoni li rat jikkontestaw lill-Ministri Owen Bonnici u Chris Cardona għall-kariga ta’ Deputat Mexxej tal-Partit Laburista. Dan wara li fil-votazzjoni ta’ nhar il-Ġimgħa kisbu l-ewwel żewġ postijiet. Fl-elezzjoni tal-Ġimgħa Owen Bonnici kiseb 224 vot, Chris Cardona 310 voti u Stefan Zrinzo Azzopardi 213. Huma dawk il-213 vot l-iktar kruċjali biex wieħed jiddetermina fejn se tkun marret din l-elezzjoni.
CHRIS CARDONA HUWA DEPUTAT MEXXEJ GĦALL-AFFARIJIET TAL-PARTIT, TAL-PARTIT LABURISTA. DAN BILLI KISEB 389 TAL-VOTI, KONTRA T-339 VOT LI KISEB OWEN BONNICI. DIFFERENZA TA’ 50 VOT.
21.15: Mill-ħdax il-mejda Owen Bonnici kiseb 31 vot, Chris Cardona kiseb 36 vot.
21.12: Mill-għaxar mejda Owen Bonnici kiseb 26 vot, Chris Cardona kiseb 40 vot.
21.09: Mid-disa’ mejda Owen Bonnici kiseb 31 vot, filwaqt li Chris Cardona kiseb 35 vot. Din il-mejda kellha vot invalidu.
21.06: Mit-tmien mejda Owen Bonnici kiseb 29 vot, filwaqt li Chris Cardona kiseb 36 vot. Din il-mejda wkoll kellha żewġ voti invalidi.
21.02: Mis-seba’ mejda Owen Bonnici kiseb 29 vot, filwaqt li Chris Cardona kiseb 36 vot.
21.00: Mis-sitt mejda Owen Bonnici kiseb 31 vot, filwaqt li Chris Cardona kiseb 36 vot. L-għadd fuq din il-mejda dam ftit iktar peress li żewġ voti tpoġġew f’garżella ta’ kandidat ieħor bi żball.
Wara ħames imwejjed Owen Bonnici għandu 162 vot u Chris Cardona 170 vot.
20.49: Mill-ħames mejda Owen Bonnici kiseb 39 vot, filwaqt li Chris Cardona kiseb 28 vot.
20.47: Mir-raba’ mejda owen Bonnici kiseb 24 vot, filwaqt li Chris Cardona kiseb 42 vot.
20.43: Mit-tielet mejda Owen Bonnici kiseb 31 vot, filwaqt li Chris Cardona kiseb 34 vot. Din il-mejda kellha żewġ voti invalidi.
20.39: Mit-tieni mejda Owen Bonnici kiseb 35 vot, filwaqt li Chris Cardona kiseb 32 vot.
20.37: Mill-ewwel mejda Owen Bonnici kiseb 33 vot, filwaqt li Chris Cardona kiseb 34 vot.
20.35: Kien hemm 728 validu. Biex kandidat jirbaħ l-elezzjoni jrid jikseb 365 vot. SE JIBDA L-GĦADD.
20.31. Bħalissa qed ikunu analizzati l-voti dubjużi.
20.29: Lest issa l-proċess li permezz tiegħu l-voti tqiegħdu fil-garżelli tal-kandidati. Minn hawn u ftit ħin ieħor jibda l-għadd.
20.17: Bil-voti ta’ Malta u Għawdex imħallta, bħalissa kull mejda qed tieħu s-67 vot tagħha. F’dan il-mument kull vot jitpoġġa wiċċu l-isfel. Il-kandidati huma rappreżentati fis-sala tal-għadd mir-rappreżentanti tagħhom li jidhru jsegwu b’reqqa u xi ftit taqtigħ il-qalb il-proċess li jaf joffri eċċitament daqs l-aqwa logħba tal-kampjonat EURO 2016 li għaddej bħalissa. 20:14: Wara li jinfetħu l-kaxxi u jitħalltu kull mejda tieħu 67 vot. Minn hemm isir il-proċess ta’ sorting. Fid-dawl li vvotaw 737 delegat.
20:11: Bħalissa qed titħejja l-loġistika meħtieġa biex fi ftit minuti jibda l-proċess uffiċjali. Filwaqt li xi ftit eċitament jinħass, id-diskussjoni taqta’ ftit b’xi battuta dwar il-futbol, l-EURO 2016 u t-tama ta’ ħafna li jilħqu jaraw il-logħba tal-Ingliżi. M’hemmx dubju li ftit ftit minuti se jkun hawn skiet taqtgħu b’sikkina.
Jirriżulta li vvotaw 95.6% tad-delegati li jfisser total ta’ 737.
20.00: Intemmet ftit tal-ħin ilu l-votazzjoni għal Deputat Mexxej tal-Partit Laburista. Bħal nhar il-Ġimgħa kienu eleġibbli li jivvotaw 763 delegat, bl-uniku differenza tkun li filwaqt li dawk li kienu se jkunu msefrin jew barra pajjiżna fl-ewwel rawnd ingħataw l-opportunità li jivvotaw qabel, f’dan il-każ ma kienx possibbli. Ladarba l-votazzjoni ntemmet, issa l-kaxxi qed ikunu ssiġġillati biex jittellgħu mid-daħla taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista għat-tieni sular fejn bħal bieraħ hemm kollox lest biex isir l-għadd tal-voti.