F’konferenza tal-aħbarijiet id-Deputat Prim Ministru Louis Grech qal li l-laqgħa informali tat direzzjoni ċara ta’ x’se jiġi diskuss fil-Malta summit li se jsir il-ġimgħa d-dieħla f’pajjiżna. Grech innota li matul il-laqgħa saret kontribuzzjoni minn kull membru stat.
Il-pajjiżi membri semmgħu leħinhom dwar il-prijoritajiet li ressqet il-presidenza Maltija. Spjega kif filfatt fit-tieni parti tad-diskussjonijiet kien hemm qbil ċar li l-Unjoni Ewropea trid tirriġenera u terġa’ tibni l-fiduċja fost iċ-ċittadini Ewropej.
“Inħarsu lejn Ewropa sostenibbli u vijabbli” sostna Louis Grech. Min-naħa tiegħu l-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea innota kif tul il-laqgħa nħass is-sens ta’ urġenza li l-Unjoni Ewropea tingħata direzzjoni ġdida.
Jemmen li b’Malta fit-tmun tal-Presidenza dan jista’ jingħata.