- Jistaqsi wkoll jekk hemmx relazzjonijiet kummerċjali oħra tal-istess tip
Fid-dawl tal-kriżi li ħakmet lill-Partit Nazzjonalista fl-aħħar jiem, f’konferenza tal-aħbarijiet tal-Partit Laburista, il-Ministru Edward Zammit Lewis u s-Segretarju Parlamentari Deborah Schembri talbu biex il-Partit Nazzjonalista jippublika l-invoices tiegħu u jgħid jekk hemmx negozji oħrajn li għandom din it-tip ta’ relazzjoni mal-Partit Nazzjonalista.
Il-Partit Laburista fakkar kif lil Partit Nazzjonalista li għandu l-aktar żewġ kariġi għoljin mħallsin minn DB Group u li dan imur kontra l-liġi tal-finanzjament tal-Partiti maqbula mill-kamra tar-rappreżentanti.
Il-Ministru Edward Zammit Lewis fakkar kif Marthese Portelli qalet li dawn ma kinux pagi iżda servizzi kummerċjali, liema servizzi DB group stess qed jistieden biex il-PN jippublika l-invoices ta’ dawn is-servizzi.
Zammit Lewis fakkar kif politikament hawn sitwazzjoni fejn Simon Busuttil filwaqt li jippontifika għal governanza tajba inqabad bl-iskema pagi PN u li dan m’ huwiex aċċettabli.
Il-Ministru kif din hija sitwazzjoni llegali li tikser artiklu 39 tal-liġi tal-finanzjmanet tal-partiti. Il-liġi tgħid b’mod speċifiku li jekk donazzjoni tkun aktar minn €7,000 is-sors għandu jkun ddikjarat. Huwa għalhekk li l-Ministru Zammit Lewis saqsa jekk dan is-sors kien ddikjarat mill-Partit Nazzjonalista.
Min-naħa l-oħra huwa għalhekk li jekk Busuttil jgħid li ma ġewx ddikjarati bħala pagi għandu jkun jaf li jkun kiser artiklu numru tnejn tal-istess liġi li bl-aktar mod skjett, li tagħti definizzjoni ta’donazzjoni, fejn jekk din tkun ta’ aktar minn €7000 xorta għandha tiġi dikjarata.
Huwa għalhekk li l-Ministru Zammit Lewis sfida lil Simon Busuttil biex jippublika l-invoices li skontu saru għaliex ġew provduti minn media link ħalli l-pubbliku jara jekk Simon Busuttil u l-Partit Nazzjonalista humiex konformi mal-liġi.
Min-naħa tagħha s-Segretarju Parlamentari Deborah Schembri fakkret x’ kienet tgħid l-stqarrija ta’ DB group li ħarget aktar kmieni din il-ġimgħa fejn bl-aktar mod ċar spjegaw li ma ħadu l-ebda servizz mill-PN.
Schembri fakkret kif relazzjoni kummerċjali ssir bejn aktar minn persuna waħda u ladarba d-DB group qed jisfida lill-Busuttil biex johrog l-irċevuti, dan għandu jagħmlu immedjatament.
Schembri fakkret kif Busuttil li jippontifika ruħu bħala l-aktar wieħed nadif għall-good governance żied l-aspettattivi għalxejn għax inqabad red handed.
Hija tenniet li l-mistoqsija m’għadiex Simon Busuttil x’se jagħmel bin-nies ta’ madwaru iżda issa x’se jagħmel bih innifsu, għax din il-kriżi purament tiegħu. Huwa għalhekk li ghal darba oħra l-PN kien sfidat biex jippublika jekk għandux l-istess tip ta’ rabtit ma negozji oħra.