Din hija l-unika Quddiesa li tiġi ċċelebrata f’Ħamis ix-Xirka filgħodu, mill-Arċisqof u mis-saċerdoti. L-enfasi tagħha huwa fuq l-għaqda li Ġesù xtaq li jkun hemm bejn dawk li jemmnu fih, b’mod speċjali dawk li ġew afdati biex ikomplu l-ħidma tiegħu.F’din il-Quddiesa s-saċerdoti jġeddu l-wegħdiet tal-ordinazzjoni saċerdotali tagħhom b’tiġdid ta’ impenn tal-għaqda bejniethom u mal-isqof tagħhom. Fiha wkoll jitbierku ż-żjut tal-morda u tal-katekumeni, u jiġi kkonsagrat iż-żejt tal-griżma mħallat bil-fwejjaħ. Dawn iż-żjut jintużaw fl-amministrazzjoni tas-sagramenti matul is-sena, sa Ħamis ix-Xirka oħra.
Dan is-servizz huwa pprovdut mill-Uffiċċju Komunikazzjoni tal-Kurja – www.knisja.mt