Għall-ħabta tan-12:30, is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci se tkun qed tindirizza konferenza tal-aħbarijiet bl-aħħar żviluppi b’rabta mal-imxija tal-Coronavirus f’pajjiżna.
Din se tkun it-tielet konferenza tal-aħbarijiet din il-ġimgħa, hekk kif nhar it-Tnejn li għadda ħabbret li se tibda tagħti dawn l-aġġornamenti kull ta’ nhar ta’ Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa.
Din il-konferenza se tinxandar b’mod dirett fuq l-istazzjonijiet ONE.