Il-Prim Ministru qed jindirizza l-Parlament wara l-pubblikazzjoni tal-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Skont it-termini huwa seta’ biss ipoġġi kopja tar-rapport fuq il-medja tal-Kamra iżda l-Prim Ministru ħass li għandha ssir diskussjoni dwar ir-rapport.
Appella biex iż-żewġ naħat tal-Kamra jintrefgħu ’l fuq mill-partiġjaniżmu u ssir diskussjoni matura.