Fis-7:00 ta’ filgħaxija, il-Prim Ministru u l-Mexxej Laburista Robert Abela se jindirizza rally, fi tmiem il-konferenza tal-Partit Laburista, li ġiet organizzata fuq medda ta’ erbat ijiem.
L-attività qed tiġi organizzata b’konformità sħiħa mal-miżuri tas-saħħa.
Dawk li mhux possibbli jattendu r-rally jistgħu jsegwu d-diskors tal-Prim Ministru dirett fuq l-istazzjonijiet ONE.