F’12:00pm, il-Prim Ministru Robert Abela, flimkien mal-Ministri Clint Camilleri u Ian Borg, mistennija jinawguraw is-servizz tal-fast ferry li se jkun qed jopera mill-Port il-Kbir fil-Belt għall-Imġarr Għawdex.
Huwa stmat li l-vjaġġ bejn iż-żewġ gżejjer bil-fast ferry mistenni jdum għal madwar tliet kwarti.
Dan is-servizz se jkun offrut minn żewġ kumpaniji li huma: il-Gozo Fast Ferry u l-Virtu Ferries.