Il-Prim Ministru Robert Abela qed jinawgura l-proġett tas-Central Link.
Fl-inħawi ta’ Ta’ Qali Dr Abela qed jinawgura proġett massiċċ li se jiffranka l-ħin tal-ivvjaġġar bin-nofs.
Permezz ta’ dan il-proġett hu mifhum ukoll li t-tniġġis tal-emmissjonijiet mill-vetturi maqbuda fit-traffiku se jonqos b’żewġ terzi.
Il-proġett tas-Central Link jinkludi fost oħrajn għaxar kilometri ta’ passaġġi ġodda għall-mixi u erba’ kilometri ta’ karreġġjati għaċ-ċiklisti.
Fl-inawgurazzjoni qed jitkellmu wkoll il-Ministru għall-Infrastruttura, it-Trasport u l-Proġetti Kapitali Ian Borg, is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi u l-Kap Eżekuttiv ta’ Infrastruttura Malta Frederick Azzopardi.