Il-Prim Ministru Joseph Muscat mistennija jinawgura ċ-ċentru tal-anatomija f’binja li tinsab ħdejn l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Iċ-ċentru se jitmexxa mill-Università ta’ Barts li qed tmexxi l-università medika f’Għawdeex.
Iċ-ċentru huwa mgħammar b’tagħmir speċjalizzat li se jgħin lill-istudenti fil-kors tal-anatomija.
Dan huwa l-ewwel ċentru ddedikat għall-istudenti ta’ Barts fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Sa issa l-istudenti tal-Università kienu qegħdin jużaw il-facilitajiet mediċi fiċ-ċentri tas-saħħa.
Iċ-ċentru l-ġdid tal-anatomija jinkludi spazju għall-uffiċini tal-amministrazzjoni tal-università.
Intant bħalissa jinsab għaddej ġmielu x-xogħol fuq l-iskola medika ta’ Barts fl-Isptar ta’ Għawdex.