Il-Papa Ljun XIV qed jiċċelebra l-ewwel quddiesa tiegħu llum, l-għada li Robert Francis Prevost sar l-ewwel Amerikan li se jmexxi l-Knisja Kattolika Rumana.
Għajnejn id-dinja jinsabu wkoll fuq din l-ewwel ċelebrazzjoni tiegħu anke biex issir taf aħjar lill-Papa l-ġdid u b’indikazzjoni tal-mod kif se jkun qed imexxi.
Dalgħodu, il-Papa ta’ 69 sena rritorna fil-Kappella Sistina biex jiċċelebra quddiesa privata mal-kardinali, li qed tkun imxandra mill-Vatikan, u li fiha se jagħti l-ewwel omelija tiegħu fl-ogħla kariga fil-ġerarkija tal-Knisja Kattolika.
Prevost, imwieled f’Chicago, il-Ħamis waranofsinhar intagħżel fil-konklavi fil-Kappella Sistina tal-Vatikan wara r-raba’ vot biex imexxi lil madwar 1.4 biljun Kattoliku mferrxin madwar id-dinja, wara l-mewt ta’ Papa Franġisku, li miet fil-21 t’April li għadda.